Saturday, May 4, 2024

“Mhux biss Prim Ministru deċiżiv, iżda anke Mexxej ta’ Partit ffukat” – Daniel Micallef

Aqra wkoll

F’kummenti ma’ talk.mt, id-Deputat mexxej tal-affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li Robert Abela f’dawn is-sentejn wera li hu mhux biss Prim Ministru deċiżiv, iżda anke Mexxej ta’ Partit ffukat li jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn sabiex il-Partit ikompli jiġġedded u jikber. 

Micallef osserva li waħda mill-aktar affarijiet li spikkat hi li ma jiddejjaqx li jmexxi Partit li jadvoka vuċi differenti mill-Gvern immexxi minnu stess. 

Huwa qal li din kienet evidenti ħafna fil-pożizzjoni li ħa l-Partit Laburista fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-użu tal-kannabis, u kif ukoll fl-eżerċizzju tal-100 idea. Huwa temm jgħid li dan jawgura tajjeb biex il-Partit Laburista jkompli jiġġedded kontinwament bil-politika fiċ-ċentru ta’ ħidmitu.

Sport