Illum, 24 ta’ Novembru, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, qed ifakkar l-14-il anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu.
Mons. Scicluna kien inħatar Isqof Awżiljarju ta’ Malta mill-Papa Benedittu XVI fis-6 ta’ Ottubru 2012, u ġie ordnat Isqof fl-24 ta’ Novembru tal-istess sena fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, il-mibki Mons. Pawlu Cremona.
Aktar tard, fis-27 ta’ Frar 2015, il-Papa Franġisku ħatru Arċisqof ta’ Malta, bil-pussess solenni tiegħu jsir fil-Katidral tal-Imdina fil-21 ta’ Marzu 2015.
