Wara snin ta’ stennija id-dillettanti tal-karting f’pajjiżna dalwaqt se jkollhom faċilitajiet ta’ livell internazzjonali fejn jipprattikaw dan l-isport b’mod sigur. Qal dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg.
Il-Ministru borg tenna li dan il-proġett beda jiġi ppjanat aktar minn għaxar snin ilu iżda baqa’ ma twettaqx.
“Faċli ħafna li twiegħed,” huwa kkummenta. “Jien nara li nwettaq l-affarijiet.”