Wednesday, July 24, 2024

Aktar minn nofs il-kumpaniji Ġermaniżi qed jistennew nuqqas ta’ qligħ fl-2020

Aqra wkoll

It-tixrid tal-imxija tal-Coronavirus kellha impatt sinjfikanti fuq il-kumpaniji Ewropej, fejn raw l-akbar tnaqqis fis-suq fl-aħħar għexieren ta’ snin. Bħala wieħed mill-aktar pajjiżi affettwato, il-Ġermanja mistennija tiffaċċja kollass sinjfikanti fis-settur tan-negozju tagħha. 

Skont informazzjoni miġbura minn AksieBloggen, kważi nofs il-kumpaniji Ġermaniżi qed jistennew nuqqas ta’ qligħ. Aktar minn 25% minnhom, mistennija jaraw il-qligħ jonqos b’aktar min-nofs. 

Skont l-istħarriġ DIHK, li sar f’Marzu fost 15,000 kumpanija Ġermaniża, juri li 23% ta’ dawk li wieġbu kienu qed jistennew nuqqas fil-profitt ta’ bejn 10 u 25%. 26% oħra qalu li qed jistennew tnaqqis ta’ bejn 25 u 50%. Kienu biss 3% li qalu li ma jħossux li l-Coronavirus se taffettwalhom in-negozju, filwaqt li 2% qalu li qed jistennew qligħ. 

Bħalma hu mistenni, 100% tal-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità ġiet affettwata, filwaqt li 90% tal-kumpanija tal-bejgħ bl-imnut, trasport u servizzi relatati man-negozju ħassew impatt sinjifikanti.

Ekonomija

Sport