Friday, December 13, 2024

“Id-dinja għandha tkun preparata f’każ li r-Russi jużaw l-armi nukleari”

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qiegħed iwissi lid-dinja dwar il-possibbiltà li l-President Russu Vladimir Putin juża l-armi nukleari fil-gwerra tiegħu kontra l-Ukreni.

Zelensky qiegħed iħeġġeġ lill-mexxejja tal-pajjiżi biex jaħżnu trattament kontra r-radjazzjoni u jibnu xelters bi prekawzjoni għal dak li jista’ jseħħ.

Din it-twissija saret waqt l-appell li l-President Ukren għamel lin-naħa tal-Punent sabiex jissuplixxuh b’armamenti wara s-seba’ ġimgħa tal-invażjoni.

“Għalihom il-ħajja tan-nies mhi xejn u l-armi kimiċi jistgħu jkunu użati minnhom minn ħin għall-ieħor”, iddikjara Zelensky. Huwa sostna li l-pajjiżi ma jistgħux jgħixu fil-biża’ li dan iseħħ, iżda għandhom jippreparaw għall-agħar deċiżjoni li tista’ tittieħed mir-Russi.

Ekonomija

Sport