Saturday, October 26, 2024

Id-dinja tal-moda titlef lil Pierre Cardin fl-età ta’ 98 sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-diżinjatur leġġendarju Pierre Cardin, protagonist għall-istili li għenu fir-rivoluzzjoni tal-moda bejn is-snin 50 u 60, miet fl-età ta’ 98 sena.

Huwa kellu karriera twila fil-moda fejn qatta’ aktar minn 70 sena, b’ħafna prodotti varji jġorru fuqhom ismu stess.

Il-familja ħabbret li hu miet fi sptar f’Neuilly viċin Pariġi u li minkejja li l-karriera tiegħu tintemm hawn, huma kburin bl-ambizzjoni li wera matul dawn is-snin kollha.

Wara li tħabbret il-mewt tiegħu, fuq il-profil ta’ Instagram b’ismu dehret kwotazzjoni tiegħu “Jien dejjem ħdimt fuq l-istil tiegħi li huwa differenti mill-bqija.Dejjem kelli l-intenzjoni li nkun differenti għax dik hija l-unika triq biex tibqa’ għaddej.”

Sport