Tuesday, May 14, 2024

“Id-dinja tiegħi nqerdet b’missila Russa”

Aqra wkoll

“Id-dinja tiegħi nqerdet b’missila Russa”. Hekk iddeskriva l-effett tat-traġedja raġel Ukren li meta rritorna d-dar minn ħanut tax-xiri, sab lil martu, lill-kunjata u lil bintu mejta lbieraħ fil-flat tagħhom f’Odessa, l-Ukrajna. Huwa jsostni li dawn inqatlu b’missila Russa. Il-bint, Kira, kien għad għandha biss tliet xhur. 

Flimkien ma’ din il-familja, kien hemm ħames persuni oħra li sfaw vittma f’dan l-attakk. L-isfortuna li ġġarrbu dawn in-nies nisslet rabja kbira fost l-Ukreni lejn ir-Russi. Waqt id-diskors tiegħu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky, deher ferm iddispjaċut meta tkellem dwar dan, speċjalment għall-qtil ta’ Kira. 

Valeria u bintha Kira

Yuriy Glodan u s-sieħba tiegħu Valeria ilhom f’relazzjoni għal dawn l-aħħar disa’ snin. F’intervista li saritlu mal-midja Ingliża BBC, huwa ddeskriva lil Valeria bħala “Omm u ħabiba mill-aqwa bi kwalitajiet ferm sbieħ. Se tkun impossibbli għalija sabiex insib lil xi ħadd bħal Valeria. Hija kienet perfetta. Persuna bħal din tista’ ssibha darba biss f’ħajtek u hija rigal minn Alla”.

Sport