Monday, March 23, 2026

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja jfittex li jwarrab l-akkużi kontra eks uffiċjali tal-pulizija dwar ir-rejd ta’ Bryanna Taylor

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti talab lil imħallef biex iwarrab l-akkużi kontra żewġ eks uffiċjali tal-pulizija. Dan wara li allegatament dawn kienu nvoluti fir-rejd li rriżulta fil-mewt ta’ Brianna Taylor

L-eks ditektiv Joshua Jaynes u l-eks surġent Kyle Meany ġew allegati li użaw informazzjoni falza biex jiksbu mandat ta’ tfittxija sabiex jidħlu fid-dar ta’ Taylor f’Marzu tal-2020.

Il-prosekuturi talbu lill-Qorti biex twarrab l-akkużi ta’ reati kontra uffiċjali ta’ Louisville, dawn inizjalment kienu akkużi ta’ reati aktar severi, iżda aktar tard ġew imnaqqsa minn imħallef.

Omm Taylor, Tamika Palmer fuq il-midja soċjali, qalet li kienet diżappuntata bil-President tal-Istati Uniti Trump u d-DOJ.

Din it-talba ssegwi biss ġimgħa wara s-sitt anniversarju tal-isparatura.

Fil-preżentazzjoni, id-DOJ argumentat li l-każ għandu jiġi miċħud għalkollox “fl-interess tal-ġustizzja.”

L-avukati tad-DOJ qalu li qed ifittxu li jwarrbu l-każ pendenti bi preġudizzju, li jfisser li ma jistax jerġa’ jitqajjem fil-futur. L-Imħallef xorta jrid japprova l-mozzjoni.

Brianna Taylors saret il-viżwali ewlenija għall-moviment Black Lives Matter fl-2020 wara mewtha u l-mewt ta’ George Floyd, li wkoll inqatel mill-pulizija waqt li kien qed jiġi arrestat fl-istess sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport