Sunday, December 22, 2024

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali tirreżenja fuq allegat nuqqas ta’ azzjoni

Aqra wkoll

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Patricia Azzopardi ntalbet tirreżenja minħabba nuqqas ta’ azzjoni fuq numru ta’ każi ta’ abbuż fuq l-annimali.

Jidher madanakollu li l-każ tal-aggressjoni tal-klieb fuq is-sid fl-Imsida u nuqqas ta’ azzjoni fuq dan il-każ kien iċ-ċirasa fuq il-kejk.

Dan hekk kif skont mhu qiegħed ikun irrappurtat jidher li l-klieb konfiskati mir-residenza ta’ Galea tħallew għal iktar minn 24 siegħa mingħajr ikel u ilma minħabba li sidhom kellu jiġi rikoverat fl-Isptar.

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li jidher li s-Segretarju Parlamentari kellha tintervjeni hi personalment biex dawn il-klieb jiġu konfiskati. Qalulna wkoll li din ma kinitx l-unika deċiżjoni li se tittieħed hekk kif mistennija ssir riforma aktar wiesgħa fl-istess dipartiment.

Ekonomija

Sport