Wednesday, December 25, 2024

Id-direttur tal-Isptar f’Gaża jgħid li la fadal ilma u lanqas ossiġnu 

Aqra wkoll

Id-direttur tal-isptar ewlieni li jinsab fil-medda ta’ Gaża li riċentament safa attakkat mis-suldati Iżraeljani qal li l-isptar spiċċa f’sitwazzjoni fejn la hemm ossiġnu u lanqas ilma, bil-konsegwenza li l-pazjenti qegħdin jitħallew bil-għatx.

Muhammad Abu Salmiya qal li l-kundizzjonijiet kienu traġiċi f’Al-Shif,a fejn hemm aktar minn 650 pazjent, 500 membru tal-istaff u 5,000 persuna spostata.

L-armata Iżraeljana qalet li l-operazzjoni tagħha kontra l-Hamas kienet qed issir “b’mod diskret, metodiku u b’reqqa kbira.” Madankollu ġurnalist maqbud ġewwa l-isptar, f’intervista li kellu mal-midja internazzjonali, qal li t-truppi Iżraeljani kienu jinsabu kullimkien u li dawn bdew jisparaw minn kull direzzjoni. 

Minn mindu l-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael, l-IDF, wettqu rejd fuq Al-Shifa kmieni l-Erbgħa li għadda, bdew joħorġu diversi ritratti u filmati ta’ dak li qed jgħidu li huma armi u tagħmir tal-Ħamas. 

Matul il-jum tal-Ħamis, huma qalu li sabu “xaft ta’ mina operattiva u anke vettura li kien fihom numru kbir ta’ armi.” 

Ekonomija

Sport