Monday, December 23, 2024

Id-diskussjonijiet ma’ Dusan Vlahovic għadhom għaddejjin

Aqra wkoll

Hekk kif riesaq ix-xahar ta’ Diċembru, id-diriġenti ta’ Juventus qed jaraw kif jagħmlu sabiex itemmu d-diskussjonijiet mal-aġent ta’ Dusan Vlahovic u eventwalment iġedded il-kuntratt tiegħu.

L-istess aġent jaf li l-plejer Serb irid żieda fis-salarju tiegħu għax inkella jista’ jkun li jħalli lil Bianconeri sabiex isib tim ieħor, xi ħaġa li d-diriġenti ma jriduhiex.

L-għan ta’ Juventus hu li Vlahovic iġedded sal-istaġun 2026/27 u jkun parti mill-attakk tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. Hemm ċans ukoll li jkun hemm klawsola fuq dan il-kuntratt biex jekk tim jiġi għalih ikollu jħallas somma flus tajba.

Ekonomija

Sport