L-istatista Vincent Marmara osserva li dawn is-sentejn mill-ħatra tal-Prim Ministru Robert Abela kienu sentejn ta’ sfidi kontinwi, sentejn fejn kienu dominati minn pandemija li hi mimlijja inċertezzi u b’hekk kien jeħtieġ ħafna deċiżjonijiet iebsin.
Ma’ dan is-sit huwa qal: “Fl-istess ħin wieħed ried jara li s-setturi l-oħra tal-pajjiż jibqgħu għaddejin. Ittieħdu d-deċiżjonijiet, saru u qed isiru riformi kbar, is-saħħa tal-poplu ġiet protetta, l-ekonomija baqgħet għaddeja u n-nies baqgħu jaħdmu.”
Fl-aħħar nett huwa temm jgħid li jidher li l-poplu qed japprezza dan kollu għax anke d-distakk bejn il-partiti ssaħħaħ f’dawn l-aħħar sentejn.