Id-DJ Ryan Spiteri se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt li ġej se jingħata l-aħħar tislima lid-DJ popolari Ryan Spiteri ta’ 47 sena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, fit-8.30 ta’ filgħodu. 

Id-DJ tilef ħajtu nhar it-Tlieta li għadda, wara mewta aċċidentali b’avvelenament mill-monossidu tal-karbonju f’karozza f’garaxx f’Wied il-Għajn.  

F’dan l-aċċident sfortunat tilfet ħajjitha wkoll Jessica Camilleri ta’ 41 sena, li kienet tgħix San Pawl il-Baħar. 

Għall-aħħar tislima ta’ Ryan Spiteri, il-familja qed titlob lil dawk kollha li se jattendu biex, minflok jilbsu kuluri skuri, jagħżlu ħwejjeġ ta’ kulur ċar bħala sinjal ta’ mħabba, rispett u tifkira tiegħu. Dan f’ġest li jfakkar fl-ispirtu pożittiv li ħalla Ryan matul ħajtu.  

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport