Il-Mediterraneo Marine Park fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li ntqal aktar kmieni mid-dimostranti li nġabru fil-Marsa qal li jixtieq jikkjarifika xi affarijiet li qegħdin kontinwament jiġu miżinterpretati.
Il-park qal li l-ħames dniefel fil-post jinżammu mitmugħin tajjeb u anke jingħataw attenzjoni veterinarja. Barra minn hekk il-park qed jgħid li l-qbid ta’ dniefel mis-selvaġġ hija prattika totalment ipprojbita fl-ewropa u li l-unika mod ta’ kif jiżdiedu d-dniefel fil-post huwa b’tagħmir jew bi skambju ma’ park ewropew ieħor.
Żied jgħid li l-eżerċizzji li jingħataw id-dniefel huma kruċjali biex dawk li jieħdu ħsiebhom ikunu jistgħu jaraw li m’hemmx problemi ta’ saħħa.
Fuq kollox, rigward l-inċident li seħħ is-sena li għaddiet, il-park qal li kif irriżulta mill-investigazzjonijiet, dan kien każ ta’ inċident u li kellu jkun żball ta’ persuna inkarigata minn barra biex tnaddaf il-pool li twassal għal infezzjoni u l-ewwel inċident f’25 sena ta’ operat.
Rigward id-dniefel fil-park, intqal li hemm ħames dniefel li erbgħa minnhom twieldu fil-post u denfil ieħor li ilu hemm 25 sena. Spjegaw li jekk dawn jitħallew fil-libertà jkun ifisser it-tmiem għalihom li mhumiex imdorrijin jgħixu fis-selvaġġ minbarra periklu uman li żdied fil-baħar u li bħala park iħossu li fid-dmir tagħhom li jedukaw aktar dwar dawn l-annimali.