Thursday, April 18, 2024

Draw ta’ mingħajr goals f’logħba medjokri

Aqra wkoll

Valletta … 0

Gzira U … 0

F’partita mill-aktar medjokri u li naqset milli tilħaq l-aspetattiva, Valletta u Gzira United temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals, b’dan ikun l-ewwel punt miksub mill-Beltin wara erba’ telfiet konsekuttivi.

L-ewwel taqsima kienet ferm kwieta u nieqsa minn kull emozzjoni kkaraterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, fejn ma ġiet innotata l-ebda azzjoni denja ta’ nota.

Kien biss fil-61 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Valletta jkunu huma li joħolqu l-periklu permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Brandon Paiber li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Kroat tal-Maroons, Darijan Zarkov.

Gzira wieġbu fid-69 minuta meta Toni Kolega ittanta xortih permezz ta’ xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa li għadda ftit għoli.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fl-74 minuta, tentattiv minn daqqa ta’ ras ta’ Jefferson De Assis intemm ftit barra.

Valletta wieġbu fit-88 minuta meta Shaun Dimech irċieva l-ballun tajjeb mingħand Steed Bradley Kandem Faeo u mill-viċin ra lil Darijan Zarkov isalva bi bravura.

Fil-ħin miżjud, Gzira, qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif tkeċċa l-Kolumbjan, Luis Carlos Riascos, wara li ntwera t-tieni karta safra.

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 8-Triston Caruana (30-Llwelyn Cremona 88), 11-Oke Akpoveta (10-Shaun Dimech 80), 14-Christian Gauci, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Bradley Steed Kandem Fewo, 22-Brandon Paiber, 80-Joseph Wally, 93-Kilian Bevis Coach: Thane icallef

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 7-Steve Pisani (47-Brookyln Borg 72), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos, 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (23-Ricardo Correa Duarte 72), 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla

Referee: Fyodor Zammit

Ass. Referees: Duncan Sultana, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace

Skorers: Ħadd

Tkeċċa: L. C. Riascos 92 (GU)

Ammoniti: T. Caruana, J. Willy (V), L. C. Riascos (G)

Player tal-Logħba: Toni Kolega (G)

Ekonomija

Sport