Tuesday, April 30, 2024

AĠĠORNATA: Mara ta’ 45 sena tmut f’inċident bil-mutur fir-Rabat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara tilfet ħajjitha wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:30 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq L-Imdina direzzjoni lejn Triq Buqana fir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 45 sena mill-Imġarr kienet qiegħda ssuq mutur tal-għamla Yamaha meta tilfet il-kontroll kawża ta’ xi materjal li kien hemm fl-art. Konsegwentament il-mara tkaxkret għal xi metri.

Fil-post issejjaħ minnuf tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma lejn l-Isptar Mater Dei fejn sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Sakemm isiru l-investigazzjonijiet, uffiċjali ta’ Transport Malta kellhom jissejħu biex jagħlqu xi toroq u konsegwentament inħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Gabriella Vella li ħatret inkjesta b’rabta ma’ dan l-inċident filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Sport