Tuesday, May 14, 2024

Formula Wieħed: Titħabbar il-mewt tal-fundatur tar-Red Bull … Dietrich Mateschitz

Aqra wkoll

Il-Formula Wieħed jinsab f’luttu meta tħabbret il-mewt tal-fundatur tar-Red Bull, Dietrich Mateschitz, fl-età ta’ 78 sena wara marda twila

In-negozjant biljunarju Awstrijak, li kien waqqaf  il-kumpanija tax-xorb enerġetiku fl-1984, ra lill-kumpanija tibni profil għoli ta’ timijiet sportivi madwar id-dinja.

Mateschitz – maħsub li jiswa madwar £24 biljun – kien bejjiegħ ukoll għat-toothpaste Blendax meta skopra Krating Daeng, ix-xarba li aktar tard trasformat fl-isem ta’ Red Bull.

Huwa kellu 49% tal-ishma tal-marka tax-xorb enerġetika u kien il-pern ewlieni li mexxiha fil-qasam sportiv. 

Ir-Red Bull daħlu għall-ewwel darba fl-Formula Wieħed fl-1995 bi sħubija mat-team Sauber F1.

F’Novembru 2004, Mateschitz xtara lit-team Jaguar Racing mingħand Ford biex ħoloq ir-Red Bull Racing.

F’Jannar ħatar lil Christian Horner biex imexxi lit-team, u sar l-iżgħar direttur tat-team matul dak il-perjodu.

Horner esprima d-dieqa tiegħu għat-telfa ta’ Mateschitz. Huw qal: “Inħossni mdejjaq immens. Kien bniedem kbir. Kien uniku … għamel ħafna ġid għas-soċjetá kif ukoll għal ħafna nies.”  

Il-kap tal-Formula Wieħed, Stefano Domenical,i qal fi stqarrija: “Ninsab imdejjaq ħafna bl-aħbar li Dietrich Mateschitz, membru rispettat u maħbub ħafna tal-familja tal-Formula Wieħed, ħalla din id-dinja.

“Kien intraprenditur viżjonarju inkredibbli u raġel li għen biex jittrasforma l-isport u ħoloq il-marka Red Bull li saret magħrufa mad-dinja kollha.”

Ir-Red Bull rebħu sitt kampjonati tas-sewwieqa u jistgħu jtemmu l-ħames kampjonat tal-kostrutturi fi tmiem il-ġimgħa f’Austin, fl-Istati Uniti.

Mateschitz kellu wkoll rwol ewlieni fl-espansjoni tar-Red Bull fil-football.

Huwa waqqaf lil RB Leipzig fl-2009, u għamel lit-team Ġermaniż isir wieħed regolari fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League. 

Barra minn hekk, mal-portafoll tiegħu huwa żied lit-team Awstrijak, Red Bull Salzburg, in-New York Red Bulls fil-Kampjonat Amerikan u l-ilbies Brażiljan Red Bull Bragantino.

Mateschitz waqqaf ukoll lit-team Ġermaniż tal-hockey fuq is-silġ, Red Bull Munich.

Sport