Sunday, May 18, 2025

Id-DPM Ian Borg iħabbar li l-vapur Conscience se jiġi irmonkat f’port fil-Mediterran

Aqra wkoll

Il-bastiment conscience, parti mill-għaqda mhux governattiva internazzjonali Freedom Flotilla Coalition se jkun qiegħed jiġi irmunkat lejn port fil-Mediterran. 

It-12-il membru tal-ekwipaġġ li hemm abbord se jitħallew jidġlu Malta u mill-ewwel jaqbdu titjira biex jitilqu minn pajjiżna. Kien id-Deputat Prim Ministru u  Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg li ħabbar dan fuq il-midja soċjali.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qal li l-operazzjoni saret possibbli b’koordinazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà, it-trasport, u l-appoġġ tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, filwaqt li rringrazzja lill-partijiet kollha involuti, speċjalment lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija, Hakan Fidan, għall-għajnuna tul il-proċess kollu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport