Thursday, April 25, 2024

Id-DPM jgħid li se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja fuq it-3 u r-4 distrett

Jgħid li jekk il-poplu jagħtih il-fiduċja, se jikkontesta f’dik ta’ wara wkoll

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li se jikkontesta għall-elezzjoni ġenerali li jmiss u jekk il-poplu jagħtih il-fiduċja, se jikkontesta f’dik ta’ wara wkoll.

Fuq One Radio huwa qal: “Qed toqrob dalwaqt l-elezzjoni u se nikkontesta fuq it-3 u r-4 distrett u jekk il-poplu jkompli jagħtini l-fiduċja, se nikkontesta l-elezzjoni ġenerali ta’ wara wkoll. Tlaqt mix-xogħol ta’ kirurgu biex nidħol fil-politika għax irrid nagħti servizz u se nibqa’ nagħtih jekk il-poplu jtini l-fiduċja.”

Sport