Wednesday, March 27, 2024

Aurora… it-tifla ta’ tliet snin li kienet fuq l-ossiġnu minħabba l-Covid-19 tirkupra

Aqra wkoll

Aurora hi tifla ta’ tliet snin u li tgħix f’Oklahoma. Ommha u qraba tagħha għaddew l-aħħar jiem f’tensjoni kbira hekk kif it-tifla kienet qed tiġġieled għan-nifs minħabba l-Covid-19. Hi kienet anke qed tingħata l-ossiġnu.

Kien proprju fl-aħħar jiem li hi bdiet tirkupra u fl-aħħar inħarġet mill-isptar. Ommha Amelia, iddikjarat li “it-tim kien kien affaxxinanti kif ħadem. M’għandhiex bżonn aktar ossiġnu. Issa t-tifla qed tiekol, Qed tixtrob u anke tilgħab u tidħak.  Ninsabu fi triqitna lejn id-dar.”

Ommha tgħid li tara lil bintha tiġġieled għan-nifs hi l-agħar ħaġa li setgħet tara. “Ninsab kuntenta li dan il-kapitlu ikrah f’ħajjitna qed jingħalaq”.

Is-sitwazzjoni fl-Istati Uniti fejn tidħol il-Covid19 xejn mhi waħda tajba u dan hekk kif aktar u aktar tfal qed jispiċċaw infettat bil-Covid-19 b’diversi ICU’s jinsabu ukoll mimlijin.

Ekonomija

Sport