Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, iktar kmieni dalgħodu fuq il-midja soċjali appella sabiex il-pubbliku jimxi b’ċerta kawtela hekk kif il-każijiet tal-Covid-19 komplew jiżdiedu f’dawn l-aħħar jiem.
Huwa ħabbar li fil-ġranet li ġejjin id-Dipartiment tas-Saħħa se jkun qed jerġa’ jibgħat appuntament għat-tieni doża tal-booster lil dawk li l-persuni li għandhom minn 65 sena ‘l fuq u li ma marrux għall-appuntament li ngħataw fil-jiem ta’ qabel.
F’konferenza tal-aħbarijiet li indirizza għaxart ijiem ilu, Fearne kien żvela li sa dakinhar kien hemm mal-40,000 li ħadu t-tilqima tat-tieni booster.