Xeni inkwetanti huma dawk irrapportati fi sptar tal-maternità fi Bristol fejn irriżultaw nirien pjuttost inkwetanti. Filmati juru l-isptar St Michael, ħdejn l-Università ta’ Bristol, f’sitwazzjoni perikoluża tant li r-residenti ġew mitluba biex jevitaw iż-żona.
Duħħan qawwi iswed tela’ fis-smewwiet sew aktar ‘il fuq minn Wills Memorial Tower li huwa r-raba’ l-ogħla bini fil-belt Ingliża. Filmati li ċċirkolaw online wrew ħaddiema tat-tifi tan-nar jissieltu biex jikkontrollaw dak deskritt bħala “infern ta’ nar”.
Is-servizzi tal-emerġenza kienu wkoll fuq il-post b’għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ jgħinu ħalli n-nirien ikunu kkontrollati.