Thursday, April 18, 2024

Id-Dwana b’qabda ta’ 40 Kilogramma droga kokaina f’kontejner fi triqtu lejn il-Kajr

Aqra wkoll

Id-Dwana rnexxielha tinterċetta 40 Kilogramma ta’ droga kokaina f’kontejner fil-Port Ħieles li kien fi triqtu lejn il-Kajr.

Id-droga nstabet f’40 pakkett li kienet moħbija f’parti mill-kontejner fejn normalment jinżammu affarijiet f’temperaturi kesħin. Il-kontejner li beda l-vjaġġ tiegħu minn Puerto Rico kien maħsub li kien qiegħed iġorr prodotti mediċi.

Din l-aħħar qabda tkompli mas-suċċessi varji tad-Dwana fl-aħħar snin fejn sena wara sena kompliet b’qabdiet rekord ta’ droga.

Ekonomija

Sport