Monday, April 29, 2024

Id-Dwana b’qabda ta’ TVs, ACs u sigaretti

Aqra wkoll

F’żewġ każi separati d-Dwana qabdet tliet kontejners li kienu ddikjarati b’mod falz li qed iġorru moniters meta fil-veritża kienu qed iġorru televixins, u generators meta kienu qed iġorru air conditioning units.

It-tliet kontejners kienu intiżi għas-suq lokali.

Fl-ewwel żewġ kontejners l-uffiċjali tad-Dwana sabu 1,627 televixin, filwaqt li fit-tielet kontejner instabu 188 airconditioning unit li jitwaħħlu ġewwa binja, u 171 li jitwaħħlu fuq barra.

Intant matul il-lejl li għadda l-ufiċjali tad-Dwana qabdu wkoll 3,880 sigarett minn vapur tal-merkanzija li daħal fil-Malta Freeport Terminal.

Sport