Saturday, November 16, 2024

Id-Dwana Maltija maħtura Koordinatur dwar is-Sistemi tal-IT Doganali

Aqra wkoll

Id-Dwana ta’ Malta ħadet ir-rwol ta’ Koordinatur tal-Għotjiet għall-Fażi III tat-Tim ta’ Esperti dwar metodi ġodda għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistemi tat-Teknoloġija tal-Informatika Doganali (ETCIT), għat-tmintax-il xahar li ġejjin.

Dan il-proġett tal-ETCIT ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea fl-2018, sabiex jintlaħqu l-objettivi maqbula fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-triq ‘il quddiem lejn l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT Doganali. 

Dan billi jitwettaq studju, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ proġett pilota, analiżi tal-partijiet ikkonċernati, għażliet ta’ finanzjament u involviment possibbli ta’ struttura permanenti jew fornitur kondiviż għall-IT,  f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Tallinn.

It-Tim ta’ Esperti jinvestiga l-aħjar prattika rigward l-iżvilupp u l-operat futuri tas-Sistemi tal-IT Doganali għal għodod ta’ kollaborazzjoni, tnaqqis fl-ispejjeż u effiċjenza akbar. 

It-Tim ta’ Esperti għandu jipprovdi kontribut dwar kif tiġi implimentata strateġija fit-tul dwar l-IT Doganali u biex tingħata viżjoni għal kollaborazzjoni strateġika u operattiva tal-IT wara l-2025.

Wara l-konklużjoni tal-ETCIT II, li bdiet fl-1 ta’ Ottubru 2019, il-Proġett issa se jidħol fil-Fażi III, li se tibda fi Frar 2022.

Ekonomija

Sport