Friday, December 20, 2024

Id-Dwana taqbad 12-il kontejner bi prodotti foloz

Aqra wkoll

Il-ġlieda kontinwa minn naħa tad-Dwana ta’ Malta kontra prodotti foloz li jidħlu fis-suq kompliet tħalli l-frott tagħha hekk kif mill-bidu tas-sena ‘l hawn hija qabdet 12-il kontejner li kienu sejrin lejn destinazzjoni oħra u li kienu qed iġorru prodotti foloz.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana qal li dawn inqabdu wara li kien hemm suspett li 20 kontejner kienu qed iġorru prodotti foloz.

Fost id-diversi oġġetti li kien fihom kien hemm tagħmir elettroniku u żraben u l-valur fis-suq tal-oġġetti kollha kien ilaħħaq it-€58,608,875.

Id-Dwana qalet li minn 68 konsenja f’Malta, li kien hemm is-suspett li kienu qed iġorru oġġetti foloz, 65 minnhom instab li kien fihom numru ta’ prodotti foloz b’valur ta’ €359,840. Fost dawn il-prodotti kien hemm nuċċalijiet tax-xemx, arloġġi u ħwejjeġ.

Ekonomija

Sport