Friday, April 19, 2024

Malta fl-ewwel post fl-indiċi ta’ rkupru mill-Covid-19

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Malta tinsab fil-quċċata, tal-indiċi ta’ rkupru mill-Covid-19. Dan l-indiċi ġie ppublikat minn Nikkei Asia, magażin finanzjarju bbażat f’Tokyo. Minn naħa l-oħra fl-aħħar post tal-istess indiċi, jiġifieri fil-121 post, hemm il-Filippini. 

Pajjiżna rnexxielu jkollu l-ogħla punti minn lista twila ta’ pajjiżi, b’total ta’ 73 punt. L-indiċi huwa kkalkulat fuq disgħa kategoriji u kull waħda tirrapreżenta 10 punti. Fosthom hemm;

  • L-immaniġjar tal-infezzjonijiet;
  • L-ammont ta’ każi kkonfermati per capita;
  • L-ammont ta’ dożi ta’ tilqim mogħtija per capita; 
  • L-ammont totali ta’ persuni mlaqqma u 
  • It-titjiriet.

Fit-tieni post hemm iċ-Ċili b’72 punt. 

Sport