Saturday, December 14, 2024

Id-Dwana taqbad 14-il vettura oħra misruqa mill-Kanada

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħat tas-sena, id-Dwana Maltija qabdet 14-il vettura oħra misruqa mill-Kanada u li kienu destinati li jaslu l-Kuwajt.

Fi stqarrija, id-Dwana spjegat li dawn l-14-il vettura nstabu moħbija ġewwa tmien kontejners ta’ 40 pied. 

L-uffiċjali tad-dwana fil-Port Ħieles interċettaw, permezz tat-tagħmir tagħhom, disa’ trakkijiet Ford F150; żewġ Lexus RX 35; Lexus 1S30; Dodge Dura; u Jeep Wrangler.

Sal-ġurnata tal-lum, id-Dwana Maltija rnexxielha tinterċetta total ta’ 58 vettura misruqa mill-Kanada li nstabu f’32 kontejner.

Il-Pulizija Maltija u l-Awtoritajiet Kanadiżi ġew infurmati dwar is-sejba u bdiet investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ.

Il-ħidma tad-Dwana Maltija għenet lill-Pulizija Kanadiża biex fl-aħħar ġimgħat toħroġ akkużi fil-konfront ta’ disa’ persuni suspettati ma’ dan is-serq ta’ vetturi.

Ekonomija

Sport