Friday, May 17, 2024

Il-Fergħat tal-BOV ta’ Ħal Qormi u tal-Fgura joperaw b’servizz limitat

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta avża lill-klijenti li mil-lum il-fergħat ta’ Ħal Qormi u tal-Fgura ser ikunu qed joperaw b’servizz limitat.

Is-servizz tal-kaxxiera mill-fergħa tal-Fgura mhux se jkun disponibbli filwaqt li ser ikun disponibbli normali mill-fergħa ta’ Ħal Qormi. Servizzi li mhumiex relatati ma’ ġbid ta’ flus, tisrif ta’ ċekkijiet u depożiti se jiġu offruti biss b’appuntament. Klijenti li jeħtieġu dawn is-servizzi, inklużi investimenti, self għad-djar, self personali, skedar mill-ġdid ta’ ħlasijiet lura ta’ self u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament permezz ta’ https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, billi jibagħtu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 2131 2020.

Il-klijenti huma mħeġġa li qabel iżuru fergħa tal-BOV, jiċċekkjaw jekk il-Fergħa tagħhom ġietx milquta u x’servizzi qed jiġi provduti fuq https://www.bov.com/content/bov-branches-covid.

Ħu Ħsieb

Il-klijenti huma mħeġġa biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt u jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. 

Il-Bank of Valletta se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-impjegati tiegħu u jfakkar lill-klijenti li meta jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Sport