Id-Dwana Maltija qabdet żewġ vetturi oħra li ġew misruqa mill-Kanada u li kienu ddestinati li jaslu l-Kuwajt.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li grazzi għat-tagħmir tagħhom interċettaw żewġ Ford F150 li kienu jinsabu moħbija f’kontejner ta’ 40 pied.
Sal-lum, id-Dwana Maltija diġà rnexxielha tinterċetta total ta’ 44 vettura misruqa mill-Kanada li nstabu f’25 kontejner.
Il-Pulizija Maltija u l-Awtoritajiet Kanadiżi ġew infurmati dwar is-sejba u bdiet investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ.
Il-ħidma tad-Dwana Maltija għenet lill-Pulizija Kanadiża toħroġ akkużi fil-konfront ta’ disa’ persuni suspettati ma’ dan is-serq ta’ vetturi.
Ix-xahar li għadda, il-Pulizija Kanadiża rkuprat 88 vettura misruqa, li 24 minnhom ġew ikkonfiskati mid-Dwana ta’ Malta.