Friday, April 26, 2024

Futsal Player tax-Xahar: Ervin Rigo (Mellieħa)

Aqra wkoll

Ervin Rigo ta’ Mellieħa Futsal ingħata l-unur tal-Enemed Futsal Player għax-xahar ta’ Ottubru. Dan il-plejer kien strumentali sabiex it-tim min-naħa ta’ fuq ta’ Malta jibdew il-kampjonat bl-aħjar mod filwaqt li skorja gowls deċiżivi waqt il-logħbiet li ħa sehem fihom.

Rigo hu plejer Serb ta’ 28 sena li ġie Malta fl-istaġun 2018/2019 fejn issieħeb mal-Universita’ ta’ Malta. Dan il-plejer mal-ewwel wera l-potenzjal tiegħu hekk kif skorja diversi gowls importanti li għenu lill-Universita’ jiksbu post fl-aqwa erbgħa tal-klassifika.

Matul l-istaġun li għadda hu ssieħeb lil Mellieħa fejn ta wirjiet ferm pożittivi tant li ġie kkonfermat anke matul dan l-istaġun.

It-trofew tal-Enemed Futsal Plejer għax-xahar ta’ Ottubru kien ippreżentat mill-Inġinier Philip Borg, rappreżentant fil-bord eżekuttiv ta’ Enemed flimkien ma’ xi vouchers oħrajn.

Sport