Thursday, April 18, 2024

Id-Dwana tikkonfiska 240 kg ta’ tabakk li tomgħod

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska 268 pakketti ta’ tabakk li tomgħod minn żewġ ħwienet fl-Imsida u ħanut ieħor li jinsab f’Ta’ Xbiex. B’kollox dawn il-pakketti kienu jiżnu 237kg.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li t-tabakk li ma jdaħħanx huwa pprojbit f’Malta u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Id-Dwana qalet ukoll li skont il-leġislazzjoni ta’ Malta, l-ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura, tipprepara, taħżen, iżżomm għall-bejgħ, tbiegħ jew tforni dan it-tip ta’ tabakk.

Intant, waqt tfittxijiet mid-Dwana li saru fl-inħawi ta’ Ħal Luqa, ikkonfiskat 3 kg oħra ta’ tabakk li tomgħod, flimkien ma’ sigaretti tal-kuntrabandu u xorb alkoħoliku minn ħanut tal-ħaxix f’Ħal Luqa.

Ekonomija

Sport