Wednesday, April 24, 2024

Il-KE tapprova kuntratt ma’ Novavax għall-vaċċin kontra l-Covid

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea lbieraħ approvat is-seba’ Ftehim ta’ Xiri bil-Quddiem (APA) ma’ kumpanija tal-farmaċewtika biex tiżgura l-aċċess għal vaċċin potenzjali kontra l-COVID-19 fl-aħħar tliet xhur tal-2021 u fl-2022.

B’dan il-kuntratt, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jixtru sa 100 miljun doża tal-vaċċin Novavax, bl-għażla għal 100 miljun doża oħra tul l-2021, l-2022 u l-2023, ladarba jiġi rieżaminat u approvat mill-European Medicines Aauthority  bħala sikur u effettiv. L-Istati Membri se jkunu jistgħu wkoll jagħmlu donazzjoni ta’ vaċċini lil pajjiżi b’introjtu baxx u medju jew jiddiriġuhom lil pajjiżi Ewropej oħra.

Il-kuntratt tal-lum jikkumplementa portafoll diġà wiesa’ ta’ vaċċini li se jiġu prodotti fl-Ewropa, inklużi l-kuntratti ma’ AstraZeneca,Sanofi-GSK, Janssen Pharmaceutica NV, BioNtech Pfizer, CureVac, Moderna u d-diskussjonijiet esploratorji konklużi ma’ Valneva. Dan jirrappreżenta pass ewlieni ieħor li jiżgura li Ewropa tkun lesta biex taffaċċja l-pandemija tal-COVID-19.

Novavax hija kumpanija tal-bijoteknoloġija li tiżviluppa vaċċini tal-ġenerazzjoni li jmiss għal mard infettiv serju. Il-vaċċin tagħhom kontra l-COVID-19 diġà qed jiġi rieżaminat mill-EMA bil-ħsieb ta’ awtorizzazzjoni potenzjali għas-suq.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tappoġġa dan il-vaċċin abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika soda, tat-teknoloġija użata, tal-esperjenza tal-kumpanija fl-iżvilupp ta’ vaċċini u tal-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha biex il-vaċċin jiġi pprovdut madwar l-UE kollha.

Fis-17 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija Ewropea biex taċċellera l-iżvilupp, il-manifattura u l-introduzzjoni ta’ vaċċini effettivi u sikuri kontra l-COVID-19. Sabiex tikkumpensa għad-dritt li tixtri għadd speċifiku ta’ dożi ta’ vaċċini f’perjodu ta’ żmien partikolari, il-Kummissjoni tiffinanzja bil-quddiem parti mill-ispejjeż li jiffaċċaw il-produtturi tal-vaċċini permezz ta’ Ftehimiet ta’ Xiri bil-Quddiem.

Fid-dawl tal-varjanti attwali u ġodda tas-SARS-CoV-2, il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jinnegozjaw ftehimiet ġodda ma’ kumpaniji li diġà jagħmlu parti mill-portafoll tal-vaċċin tal-UE, li jippermettu x-xiri mgħaġġel ta’ vaċċini adattati fi kwantitajiet suffiċjenti biex tiġi rinforzata u mtawla l-immunità.

Sabiex jixtru l-vaċċini l-ġodda, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-pakkett React EUwieħed mill-akbar programmi taħt l-istrument il-ġdid Next Generation EU li jkompli u jestendi r-rispons għall-kriżi u l-miżuri ta’ tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi.

Sport