Id-Dwana interċettat total ta’ €30,775 fi flus kontanti mhux dikjarati waqt tfittxijiet fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Żewġ passiġġieri Olandiżi fi triqthom lejn l-Olanda u passiġġier Sirjan fi triqtu lejn l-Iraq/Erbil li kien mistenni jieqaf f’Istanbul kienu avviċinati minn uffiċjali tad-dwana waqt tfittxijiet ta’ rutina. Huma nstabu fil-pussess ta’ flus kontanti mhux dikjarati. Il-passiġġier Sirjan saritlu tfittxija wara li l-kelb tad-dwana Charlie rreaġixxa b’mod suspettuż fil-konfront tiegħu.
Il-passiġġeri involuti laħqu ftehim barra mill-Qorti u ġew immultati.