Friday, April 19, 2024

L-MP Stella Creasy tirċievi notifika li tfal mhumiex aċċettati fil-House of Commons

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Membru Parlamentari qalet li “għandu jkun possibbli li l-politika u t-trobbija tal-ulied jkunu aċċettati li jsiru fl-istess żmien”. Dan wara li ntqal li hi ma setgħetx tibqa’ fil-House of Commons għax kellha magħha lil binha ta’ tliet xhur.

L-MP Laburista Stella Creasy kienet infurmata li kienet xi ħaġa kontra r-regoli li tattendi b’binha waqt dibattitu f’Westminister Hall wara li għamlet dan it-Tlieta li għadda.

Hija żiedet tgħid li għaliha din kienet “aħbar”, hekk kif fil-passat attendiet dibattiti oħrajn u għalhekk talbet li jkun hemm reviżjoni tar-regola.

Min-naħa tiegħu l-iSpeaker Sir Lindsay Hoyle talab għal investigazzjoni u żied jgħid li trid tara l-kuntest ta’ ċertu sitwazzjoni u li dawn jinbidlu skont iż-żminijiet.

Intant kien hemm reazzjonijiet varji li segwew it-talba tal-MP Laburista, b’uħud jaqblu li l-ommijiet għandhom jingħataw aktar spazju biex jissoktaw bil-ħidma tagħhom waqt li jrabbu lil uliedhom u oħrajn li jsostnu li r-regoli jibqgħu regoli u li jsiru biex jiġu mħarsa.

Sport