Il-‘Joker’ li ftit jiem ilu, fil-jum li kien qed jiġi ċelebrat il-Halloween, darab 17-il persuna u ħoloq paniku fi stazzjon tal-ferrovija f’Tokjo il-Ġappun imqabad mill-pulizija li wkoll żvelat l-identita tiegħu bħala Kyoto Hattori ta’ 24 sena.
Sar magħruf li dan iż-żagħżugħ, li kien liebes il-kostum tal-joker mill-film Batman, stqarr mal-pulizija illi huwa ried joqtol ħafna nies u li ried il-piena kapitali.
Filmati wrewh kalm bilqegħda jpejjep sigarett wara li wettaq l-attakk li fih fera 17-il persuna b’sikkina li huwa kien xtara minn fuq l-internet. Fil-ħin tal-attakk huwa kien qed iġorr miegħu fi flixken tal-lastik erba litri t’ likwidu li jaqbad.
Fil-ħin li wettaq l-attakk, l-istazzjon tal-ferrovija kien miżgħud b’nies lebsin kostum ta’ Halloween