Friday, April 19, 2024

Antonio Conte jrid lil Stefan de Vrij bħala l-ewwel akkwist tiegħu

Aqra wkoll

Antonio Conte huwa ħerqan li jagħmel lid-difensur ta’ Inter, Stefan de Vrij l-ewwel firma tiegħu ma’ Tottenham Hotspur.

Il-manager Taljan, li gawda suċċess ma’ Juventus, Chelsea u Inter, se jkollu jistenna sa Jannar biex jakkwista xi players ġodda.

Madankollu, il-coach ta’ 52 sena diġà identifika tal-inqas player ġdid għall-bidu tas-sena.

Wara li kellu rwol ewlieni fis-suċċess ta’ Inter fit-titlu tas-Serie A matul l-aħħar kampanja, De Vrij jingħad li huwa ż-żieda ta’ prijorità ta’ Conte fid-difiża.

Meta fadal biss 20 xahar fil-kuntratt tal-internazzjonali Olandiż, Inter jistgħu jistmaw lill-player ta’ 29 sena għal mhux aktar minn £40 miljun.

Sport