Wednesday, April 24, 2024

Paris SG se jkunu sfurzati jilagħbu mingħajr Lionel Messi kontra RB Leipzig

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain se jkunu sfurzati jilagħbu mingħajr Lionel Messi fil-partita taċ-Champions League tal-Erbgħa kontra RB Leipzig.

Is-sitt darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb kellu joġroġ mill-ground b’injury muskolari fil-mistrieħ tal-partita kontra Lille nhar il-Ġimgħa u huwa rrappurtat ukoll li qed jissielet ma’ injury fl-irkoppa.

Messi skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 3-2 tat-team tiegħu fuq Leipzig fl-aħħar partita Ewropea tagħhom, iżda issa mhux se jerġa’ jkun involut kontrihom.

Il-club ippubblika aġġornament mediku dwar Messi bit-tħabbira tal-iskwadra tagħhom, li kkonferma li l-attakkant “għandu injury fil-hamstring tax-xellug u uġigħ f’irkopptu wara kontużjoni.”

L-Arġentin jingħaqad ma’ Marco Verratti, Sergio Ramos u Leandro Paredes fil-lista ta’ players li qed jirkupraw minn injury, iżda Kylian Mbappe se jkun involut wara li għeleb infezzjoni fil-widnejn.

Juan Bernat għamel l-ewwel dehra mill-bidu tiegħu għal aktar minn sena kontra Lille iżda tħalla Pariġi għal din il-partita flimkien ma’ Rafinha, hekk kif it-team ta’ Mauricio Pochettino qed jipprova jżomm il-vantaġġ ta’ punt fuq Manchester City fil-quċċata tal-klassifika ta’ Grupp A.

Sport