Is-sewwieq Brittaniku tal-Formula 1, Lando Norris rebaħ il-Grand Prix tal-Brażil li sar fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos wara tiġrija eċċitanti u missielta hekk kif irreġistra ħin ta’ 1:35:23.504.
Is-sewwieq tal-McLaren, li kien beda mill-pole position, kiseb it-tielet rebħa tiegħu tal-istaġun wara t-tielet pole position nfila f’dan iċ-ċirkwit u kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-klassifika hekk kif il-kampjonat diġá ntrebaħ mit-Taljan, Kimi Antonelli.

Max Verstappen wettaq reazzjoni impressjonanti wara li beda mill-21 post minħabba penalità għal tibdil fil-magna tar-Red Bull. L-Olandiż irnexxielu jitla’ sat-tieni post, filwaqt li Isack Hadjar temm fit-tielet post biex ta lil Red Bull post doppju fuq il-podju.
Kimi Antonelli spiċċa fir-raba’ post, quddiem sieħbu George Russell. Oscar Piastri kklassifika fis-sitt post, filwaqt li Charles Leclerc u Lewis Hamilton temmew fis-seba’ u fid-disa’ post rispettivament.
Klassifika (ta’ fuq): 390 – Kimi Antonelli; 279 – Max Verstappe; 262 – George Russell; 261 – Lewis Hamilton; 251 – Charles Leclerc





