Sunday, November 8, 2026
Home Sport Il-Mercedes jirbħu t-titlu tal-Kostrutturi tal-Formula 1 

Il-Mercedes jirbħu t-titlu tal-Kostrutturi tal-Formula 1 

0
28

Il-Mercedes ġew inkurunati champions tal-Kostrutturi tal-Formula 1 għall-2026 wara li assiguraw il-kampjonat fil-Grand Prix tal-Brażil, li sar fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos.

It-team Ġermaniż ikkonferma d-disa’ titlu tiegħu fl-istorja tal-Formula 1 grazzi għar-raba’ post ta’ George Russell u l-ħames post ta’ Kimi Antonelli. Dawn ir-riżultati kienu biżżejjed biex il-Mercedes kisbu vantaġġ insormontabbli fuq il-Ferrari, meta għad fadal tliet tiġrijiet biex jintemm l-istaġun. 

Mercedes temmew stennija ta’ ħames snin biex jerġgħu jirbħu dan l-unur, wara li l-aħħar suċċess tagħhom kien wasal fl-2021. It-team kien iddomina l-Formula 1 bejn l-2014 u l-2021, meta rebaħ tmien titli konsekuttivi tal-Kostrutturi.

Bis-suċċess ta’ din is-sena, Mercedes laħqu lil Williams b’disa’ titli u jinsabu fit-tielet post fl-istorja tal-kompetizzjoni. Quddiemhom hemm McLaren b’għaxar titli u Ferrari b’16.

Dan is-suċċess wasal ukoll ġimgħa wara li Kimi Antonelli assigura l-kampjonat tas-sewwieqa fil-Grand Prix tal-Messiku. B’hekk il-Mercedes temmew l-istaġun b’żewġ titli mondjali, wieħed individwali u ieħor tal-Kostrutturi. 

Klassifika tat-titli tal-Kostrutturi:

Ferrari – 16

McLaren – 10

Mercedes – 9

Williams – 9

Lotus – 7

Red Bull – 6

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here