Monday, November 9, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hamrun isalvaw punt prezzjuż fl-aħħar sekondi permezz ta’ penalty...

Malta Premier League: Hamrun isalvaw punt prezzjuż fl-aħħar sekondi permezz ta’ penalty ta’ Marcelina

0
36
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

Top Six

MARSAXLOKK……………….. 2

HAMRUN SPARTANS………..2

Marsaxlokk u Hamrun Spartans  temmew  fi draw ta’ 2-2 f’partita mimlija emozzjonijiet u b’żewġ penalties għal Marsaxlokk u wieħed għal Hamrun, li permezz tie­għu salvaw punt fl-aħħar sekondi.

Hamrun, li kellhom diversi players neqsin minħabba injuries, fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Ognjen Bjelicic approfitta minn azzjoni fil-kaxxa biex tefa’ l-ballun fix-xibka.

Madankollu, il-vantaġġ tagħhom dam biss sitt minuti hekk kif Marsaxlokk ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Jorge Ailton Soares, li skorja b’daqqa ta’ ras preċiża wara cross mix-xellug.

Fit-tieni taqsima, Marsaxlokk ħarġu ferm aktar aggressivi u bdew jagħmlu pressjoni fuq id-difiża avversarja.

Fit-52 minuta, Matias Ni­colas Garcia ġiegħel lil Gabriele Marchegiani jagħmel save importanti, filwaqt li fit-64 minuta Semir Smajlaguc ukoll resaq viċin li jiskorja.

Minn din l-azzjoni wasal l-ewwel penalty għal Marsaxlokk wara li Shaisen Attard deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Madankollu, Joseph Minala ra t-tentattiv tiegħu mill-11-il metru jiġi salvat mill-goalkeeper Gabriele Mar­­­chegiani.

Ix-Xlukkajri komplew jippressaw u fit-78 minuta ngħataw penalty ieħor wara kuntatt tal-ballun ma’ id Rafael Compri fil-kaxxa. Din id-darba JOSEPH MINALA ma żbaljax u b’xutt b’saħħtu poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ ta’ 2-1.

Meta kollox deher li Marsaxlokk kienu se joħorġu rebbieħa, Hamrun ngħataw penalty fil-ħin miżjud wara foul ta’ Enrico Pepe fuq Emerson Marcelina hekk kif id-difensur Xlukkajr tkeċċa bit-tieni karta safra.

Mill-11-il metru, Emerson Marcelina żamm il-kalma u skorja biex salva punt għal Hamrun, b’riżultat finali ta’ 2-2.

Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Weder Da Silva Soares (Oleksli Bykov 14), Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Jose Ulises Arias (Domatas Simkus 83), Jorge Ailton Soares, Juan Carlos Corbalan, Semir Smajlagic (Redon Mihana 89), Matias Nicoals Garcia (Matheus Vieira Da Silva 89), Joseph Minala, Leamdro Aguirre   – Coach: Vincenzo Potenza

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Rafael Compri (Damir Ceter 85), Sven Xerri (Kean Scicluna 39), Shaisen Atttard, Lucas Villela Lapert, Vincenzo Polito, Ogjnen Bjelicic, Gonzalo Nicolas Virano (Matthew Guiilaumier 56), Marcelo Aguiar De Alves (Jack Ipalibo 85), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Ante Coric 55)   – Coach: Marco Amelia

Referee: Slobodan Petrovic

assistenti: James Muscat, Max-Lee Muscat

Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara

Skorers: O. Bjelicic 11, J. Minala pen. 79 (M), J. Ailton Soares 18, E. Marcelina pen. 92 (H)

Ammoniti: W. S. Da Silva, E. Pepe, M. Nicolas Garcia (M), M. Aguiar De Alves (HS)

Tkeċċa: E. Pepe 90 (M)

Player tal-Logħba: Leandro Aguirre (M)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here