Sunday, November 29, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Tottenham jegħlbu lil Sunderland b’doppjett ta’ James Maddison

Premier League Ingliż: Tottenham jegħlbu lil Sunderland b’doppjett ta’ James Maddison

0
39

Fil-Premier League Ingliż, Tottenham Hotspur kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Sunderland, bil-midfielder James Maddison jiskorja ż-żewġ goals biex it-team tiegħu kiseb it-tliet punti.

Sunderland sofrew daqqa ta’ ħarta kmieni meta Thomas Meunier tkeċċa fit-12-il minuta wara intervent tal-VAR, u ħalla lit-team tiegħu jilgħab il-biċċa l-kbira tal-partita b’10 players.

Tottenham fetħu l-iskor fil-35 minuta meta Andy Robertson għadda ballun fil-baxx fil-kaxxa u Maddison ikkonkluda mill-viċin.

Maddison żied it-tieni goal fis-70 minuta b’goal spettakolari dirett minn corner, li l-ballun tiegħu laqat il-lasta ta’ wara u daħal fix-xibka.

Din kienet il-ħames rebħa ta’ Tottenham fl-aħħar sitt logħbiet tal-Premier League, filwaqt li Sunderland raw tintemm is-sensiela pożittiva tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here