Wednesday, April 24, 2024

Paris SG favoriti biex jiffirmaw lil Paul Pogba

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain qed jitqiesu bħala favoriti biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba fis-sajf li ġej.

Minkejja l-isforzi tagħhom, il-United naqsu li jestendu l-kuntratt tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 wara tmiem l-istaġun attwali.

Bil-player ta’ 28 sena jitħalla jitkellem ma’ clubs barranin fil-bidu tas-sena, hemm aċċettazzjoni li ma jsir l-ebda progress sakemm il-playmaker ikun evalwa l-għażliet tiegħu.

Filwaqt li Real Madrid huma ammiraturi fit-tul ta’ Pogba, PSG jibqgħu bħala l-favoriti ċari biex jaqblu dwar ftehim għall-Franċiż.

Huwa mifhum li diġà kien hemm djalogu bejn il-leaders tal-Ligue 1 u l-aġent ta’ Pogba Mino Raiola qabel taħditiet formali li jibdew is-sena d-dieħla. Pogba jibqa’ player importanti għal United b’seba’ assists ġejjin mit-12-il dehra tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.

Sport