Friday, May 3, 2024

Identifikat ir-raġel li tilef ħajtu f’Tas-Sliema nhar il-Ħadd li għadda

Aqra wkoll

Ir-raġel li l-Ħadd li għadda tilef ħajtu wara li sabu ruħu f’diffikutajiet waqt li kien qiegħed jgħimu fl-inħawi tax-xatt ta’ Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema ġie ddentifikat bħala Palestinjan ta’ 43 sena.

Il-każ kien seħħ għall-ħabta tas-1.00pm meta r-raġel kien ingħata l-għajnuna medika minn tim li mar fuq il-post mill-Isptar Mater Dei. Iżda hu kien ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara li wasal l-isptar.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Sport