Friday, September 22, 2023

Premier Ingliż: Manchester City jirreġistraw ir-raba’ rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City kisbu r-raba’ rebħa nfila minn daqstant logħbiet meta għelbu lil Fulham 5-1.

Iżda l-unuri jmorru għand Erling Haaland (Man City) u Son Heung-Min (Tottenham) li skorjaw trippletta kull wieħed.  

Sheffield U. v Everton – Everton kisbu l-ewwel punt u l-ewwel goals tal-istaġun meta marru għand Sheffield United u spiċċaw fi draw ta’ 2-2.

Għalihom skorjaw Abdoulaye Doucoure (14) u Arnaut Danjuma (55) filwaqt li l-Blades sabu x-xibka minn Cameron Archer (33) u auto-goal ta’ Jordan Pickford (45). 

Brentford v Bournemouth – Brentford u Bour­nemouth spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Mathias Jensen (7) u Bryan Mbeumo (94) skor­jaw għal Brentford filwaqt li  Dominic Solanke (30) u David Brooks (77) kienu l-iskorers ta’ Bournemouth.

Burnley v Tottenham – Tottenham dawru telfa f’reb­ħa u għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 5-2. 

Il-protagonista ta’ Spurs kien Son Heung-Min (16, 63, 66) li skorja hat-trick biż-żewġ goals l-oħra jaslu minn Cristian Romero (45) u James Maddison (54) … filwaqt li Lyle Foster (4) u Josh Brownhill (94) wieġbu għal Burnley. 

Chelsea v Nottm F.– Chelsea sofrew it-tieni telfa meta f’darhom ġew sorpriżi minn Nottingham Forest bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Anthony Elanga (48).

Man City v Fulham – Manchester City għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 4-1 f’dik li kienet meqjusa bħala reb­ħa kontroversjali meta fit-tieni goal tas-City, li bih marru fil-vantaġġ, Manuel Akanji kien f’pożizzjoni ċara ta’ offside mix-xutt ta’ Nathan Ake (45). 

Is-solituvErling Haaland (58, 70 pen, 93), skorja hat-trick bil-goal l-ieħor jasal minn Julian Alvarez (31). 

Min-naħa l-oħra, Tim Ream (33) kiseb id-draw momentarju għal Fulham.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport