Monday, June 23, 2025

Identifikat it-tifel li miet ilbieraħ fin-Naxxar

Aqra wkoll

Zaylen, tifel ta’ sitt snin tilef ħajtu traġikament wara li nstab mitluf minn sensih f’pixxina fin-Naxxar. Stqarrija tal-Pulizija spjegat li għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofisnhar intalbet għall-assistenza fi Triq San Ġwann.

Minn stħarriġ preliminar li sar mill-pulizija rriżulta li t-tifel ta’ sitt snin, waqt li kien ma’ xi qraba f’għelieqi fl-inħawi, qabad jimxi fil-madwar u tbiegħed minnhom. Kif indunaw b’hekk, huma marru jfittxuh u minnufih infurmaw lill-Pulizija.

Wara xi ħin bl-użu tad-drone tal-Pulizija, it-tifel deher f’pixxina ta’ residenza oħra mitluf minn sensih. Wara li ngħata l-ewwel għajnuna minn uffiċjali tal-pulizija stess, tim mediku mar biex jassisti ftit tal-ħin wara. It-tifel ittieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament aktar tard tilef ħajtu.

Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Fuq il-mezzi soċjali z-zija tat-tifel esprimiet in-niket tagħha għat-telfa tat-tifel. “Ġmiel tagħna kif ħallejtna. Ma rridx nemmen xi ġralna. Anġlu fis-sema. Il-Bambin ried fjura mill-isbaħ u għażel lilek. Mur fejn missieri ħa jieħu ħsiebek żgur. Ma rridx nemmen. Kemm nixtieq li hi biss ħolma”. Dan hu kliem iz-zija ta’ Zaylen, li lbieraħ tilef ħajtu traġikament wara li nstab mitluf minn sensih f’pixxina fin-Naxxar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport