Wednesday, July 24, 2024

Identifikat l-anzjan li tilef ħajtu f’titjira li ntlaqtet minn turbolenzi

Aqra wkoll

L-anzjan Ingliż ta’ 73 sena li miet waqt li kien fuq titjira minn Londra għal Singapore ġie identifikat bħala Geoffrey Ralph Kitchen.

It-titjira ta’ Singapore Airlines, li kienet qed iġorr 229 persuna, esperjenzat taqlib qawwi fuq il-kosta tal-punent ta’ Burma. Hu maħsub li l-anzjan sofra attakk tal-qalb u li dan ġie ddikjarat mejjet fuq il-post wara li l-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza fit-Tajlandja.

71 passiġġier iddaħħlu l-isptar b’diversi ġrieħi, b’seba’ persuni jinsabu f’qagħda kritika. It-titjira, li telgħet minn Heathrow ftit wara l-10:00 p.m tal-lbieraħ, iltaqgħet ma’ ‘turbolenza severa’ 11-il siegħa fil-vjaġġ ta’ 13-il siegħa.

F’kumment li ta lill-midja, passiġġier ta’ 28 sena qal li l-ajruplan beda jitriegħed u li f’daqqa waħda kien hemm waqgħa drammatika, tant li dawk li ma’ libsux iċ-ċinturin tas-sigurtà spiċċċaw sofrew xi ġrieħi.

Ekonomija

Sport