Friday, September 13, 2024

Identifikat u jiġi arrestat raġel li pprova jqabbad bieb ta’ residenza f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena, residenti l-Gżira, mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin wara investigazzjoni mill-Pulizija b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ residenza f’Ħal Luqa.  

Investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti (Violent Crime Unit) fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk mid-Distrett ta’ Ħal Luqa, wasslu sabiex ġie identifikat r-raġel li allegatament wettaq dan ir-reat.  

Dan il-każ kien seħħ fi Triq il-Wilġa, Ħal Luqa fid-19 ta’ Diċembru  2019 għal ħabta tat-3.30 a.m. Dak il-ħin fuq ġewwa tar-residenza kien hemm xi persuni. Fortunatament ħadd ma weġġa’. 

Ekonomija

Sport