Friday, May 10, 2024

Identifikata l-persuna li weġġgħet f’Ħondoq ir-Rummien

Aqra wkoll

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li l-persuna li lbieraħ waranofsinhar kellha bżonn l-assistenza f’Ħondoq ir-Rummien hija mara mis-Serbja ta’ 32 sena.

Jirriżulta li l-inċident seħħ waqt li l-mara kienet mixja fuq il-blat li hemm fl-inħawi ta’ Ħondoq ir-Rummien meta għal xi raġuni waqgħet madwar 3 metri.

Minħabba l-post fejn waqgħet it-tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex ma setgħux jassistuha u għalhekk intalbet l-assistenza tal-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Jidher li l-mara sofriet xi ksur fosthom f’sieqha u issa tinsab f’kundizzjoni stabbli.

Aktar kmieni: Jassistu persuna li kellha bżonn l-assistenza f’Ħondoq ir-Rummien

Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili lbieraħ waranofsinhar mexxew operazzjoni ta’ salvataġġ biex ġiet salvata persuna li kellha bżonn l-assistenza waqt li kienet fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Il-ħaddiema tas-salvataġġ mill-Istazzjonijiet 5 u 6 marru mill-ewwel fuq il-post fejn bi professjonalità kbira salvaw lill-persuna.

Hija ttieħded lejn il-Port tal-Imġarr fejn hemm sabet tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li wara li tawha l-ewwel għajnuna ttieħded għal aktar kura.

Hija twasslet fil-port tal-Imġarr abbord id-dgħajsa tal-Protezzjoni Ċivili Delta 2.

Il-kundizzjoni tal-persuna li ġiet salvata s’issa għadha mhix magħrufa.

Sport