Saturday, October 26, 2024

Identifikata l-vittma tal-inċident fir-Rabat

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk li dalgħodu qamu maħsudin bl-aħbar tal-mewt ta’ Marie Claire li lbieraħ filgħaxija kienet involuta f’inċident fatali fir-Rabat.

Il-vittma ta’ 45 sena mill-Imġarr kienet stilista tax-xagħar u fost dawk li kkummentaw b’rabta mal-aħbar tal-mewt tagħha, kien hemm persuni li qalu li ma jistgħux jemmnu li sa ftit tas-sigħat qabel kienet qiegħda tirranġalhom xagħarhom.

Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Il-mara ngħatat minnufih għajnuna medika u ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Sport